Wednesday, July 24, 2024

Titħabbar il-mewt ta’ Mary, oħt il-Perit Dom Mintoff

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum tħabbret il-mewt ta’ Mary Grech Mintoff li tiġi oħra l-eks Prim Ministru Dom Mintoff. Hija tiġi omm Ivan Grech Mintoff li llum hu l-mexxejj tal-partit Abba.

Mary hija l-iżgħar fost 11-il aħwa, biex issa mill-aħwa kollha baqa’ Patri Dionisju Mintoff biss ħaj. Kien binha Ivan li ħabbar il-mewt ta’ Mary permezz ta’ messaġġ li tella’ fuq il-midja soċjali.

“Għandi biss tifħir u gratitudni għal dak kollu li għamilt magħna. Nirringrazzja lil Alla talli berikna bl-aqwa omm li qatt stajna kellna. Mur strieħ u rċievi l-premju li tant ħaqqek ghal mitt darba. Dalwaqt nerġgħu nkunu magħqudin flimkien. Inħobbok u grazzi ta’ kollox!” kiteb Ivan Grech Mintoff.

Mary tingħata l-aħħar tislima għada l-Ħamis, fit-8.30am fil-knisja tal-Madonna tal-Karmnu ta’ Fleur-de-Lys.

Ekonomija

Sport