Wednesday, July 24, 2024

Il-Parlament isellem il-memorja ta’ Cettina Darmenia Brincat

Aqra wkoll

Mal-ftuħ tas-seduta Parlamentari tal-Erbgħa filgħaxija, id-deputati flimkien mal-Ispeaker Anglu Farrugia sellmu l-memorja ta’ Cettina Darmenia Brincat.

Kien id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li hekk kif talab il-kelma lill-Ispeaker, sellem il-memorja ta’ Brincat fejn qal li dik kienet waħda mill-ewwel nisa li qatt ġew eletti fil-Parlament Maltin fis-snin 80.

Qal li llum għadna istituzzjoni li tirrappreżenta lil poplu Malti. Fearne qal li dan kollu grazzi għal nies bħal Cettina li bil-kuraġġ u determinazzjoni tagħhom illum ninsab fuq ninsabu.

Sostna li l-legat tagħha hu anke llum snin wara fejn il-preżenza tagħha bħala l-unika mara fil-Parlament, għadna Parlament rappreżentattivi.

Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li Cettina Darmenia Brincat kienet politiku li daħlet fil-Parlament fi żmien diffiċli.

Saħaq li bħala għalliema ħadmet biex tgħolli l-livell u r-rispett li jixraq lejn l-għalliema u dawk kollha li jaħdmu fil-qasam edukattiv. “Bħal kull politiku ieħor, Cettina ħalliet il-marka tagħha fil-ħidma Parlamentari,” temm jgħid Bernard Grech.

L-Ispeaker Anglu Farrugia fakkar il-ġid li għamlet anke bħala edukatriċi. Sostna li kienet tagħti lezzjonijiet b’xejn lil dawk li ma kellhomx mezzi.

Ekonomija

Sport