Wednesday, July 17, 2024

Impenji intrenazzjonali għal referees Maltin

Aqra wkoll

Ir-referee tal-FIFA Matthew De Gabriele magħqud mill-Assistent Referee James Muscat bħalissa jinsabu f’Danilovgrad, Podgorica, belt kapitali tal-Montenegro, magħżula biex jingħaqdu mal-grupp ta’ uffiċjali tal-logħba għall-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt id-19-il sena tal-UEFA tal-Mini-Tournament 2024.

Dan ir-Round ta’ Kwalifikazzjoni Grupp 12 fih b’kollox erba’ timijiet, jiġifieri l-Ingilterra, l-Awstrija, Wales, u l-Montenegro.

De Gabriele ġie assenjat żewġ logħbiet f’dan il-mini-tournament, it-tnejn li huma jinvolvu lin-nazzjon ospitanti Montenegro li se jiffaċċja lill-Ingilterra aktar tard illum f’din il-ġurnata tal-ftuħ tal-kompetizzjoni, it-Tlieta l-ġimgħa d-dieħla fl-aħħar jum ta’ azzjoni Ir-referee tal-badge tal-FIFA Matthew De Gabriele se jidħol. g[al darb’o[ra fl-irwol tieg[u ta’ referee g[all-partita bejn Montegero u Wales.

Fiż-żewġ logħbiet, James Muscat se jassisti bħala l-ewwel Assistant Referee.

Barra minn hekk, Matthew De Gabriele se jkun ir-raba’ uffiċjal fil-partita l-oħra li tinvolvi lill-Montenegro, meta fi tmiem il-ġimgħa jogħrku mal-Awstrija, logħba li tara wkoll il-parteċipazzjoni ta’ James Muscat, li jaġixxi għal din il-partita partikolari bħala t-tieni Assistent Referee.

F’din il-ġimgħa frenetika ta’ logħbiet internazzjonali miġbura f’din it-tieqa ta’ Ottubru, appuntament sinifikanti wkoll għar-referee tal-badge tal-FIFA Philip Farrugia, li jmexxi tim ta’ uffiċjali tal-partita Maltin għal partita ta’ ħbiberija internazzjonali tat-tim tal-kbar aktar tard nhar l-Erbgħa hekk kif Wales jaffronta lil Ġibiltà.

Il-partita fir-Racecourse Ground fil-belt ta’ Wrexham f’Welsh tibda fit-20:45h.

Philip Farrugia bħala referee tal-partita se jkun assistit għal dan il-kompitu prestiġjuż minn Alan Camilleri u Jurgen Spiteri bħala l-Assistenti Referees tiegħu, parti wkoll mit-tim huwa Fyodor Zammit fir-rwol tiegħu llejla bħala r-raba’ uffiċjal. Awguri lill-uffiċjali kollha tal-partita tal-Malta FA li qed jimirħu madwar il-kontinent din il-ġimgħa f’din l-iskeda mimlija ta’ appointments lil hinn minn xtutna, u kollha parti minn din it-tieqa internazzjonali ta’ Ottubru

Ekonomija

Sport