Il-coach nazzjonali tan-nisa, Manuela Tesse, ħabbret il-lista tal-aħħar 23 player qabel żewġ logħbiet tal-Kwalifiki Ewropej minn League B Grupp 3.
Tesse flimkien mal-istaff tekniku tagħha, mexxiet kamp ta’ taħriġ ta’ ħames ġimgħat qabel dawn iż-żewġ logħbiet kruċjali.
Il-Maltin se jibdew l-impenji tagħhom fis-Centenary Stadium nhar il-Ġimgħa fis-7.30pm fejn se jkunu qed jilagħbu l-ewwel minn żewġ partiti f’darhom kontra l-Bożnja Ħerzegovina.
It-tim imbagħad se jivvjaġġa għat-tieni konfront tagħhom barra minn daru kontra l-istess Bosnja Herzegovina. Il-logħba barra minn darna tintlagħab nhar it-Tlieta 4 ta’ Ġunju fiċ-Ċentru ta’ Taħriġ tal-Futbol FF BH, Zenica, u tibda fl-4.00pm.
Il-goalkeeper Janice Xuereb, li għadha kif għamlet operazzjoni tal-ACL, se tkun ‘il bogħod mil-logħob għax-xhur li ġejjin.
Il-partita tal-Ġimgħa se tkun waħda partikolari għal-leġġenda tal-futbol femminili Dorianne Theuma, li ddeċidiet li tirtira mill-futbol u se tkun qed timmarka t-tmiem ta’ karriera twila u ta’ suċċess tal-iktar plejer femminili li qatt laghbet loghob ghat-tim nazzjonali Malti.
Bħalissa, Malta tinsab fit-tielet post f’dan il-grupp, wara li kisbet draw importanti ħafna kontra l-Irlanda ta’ Fuq barra minn darhom, u tilfet kontra l-Portugall fit-tieni ħarġa.
Malta għandha l-għan li tikseb il-possibbiltà li tilgħab fil-playoffs biex tiddetermina l-istatus tal-League B f’Ottubru li ġej.
Skwadra Finali
GOALKEEPERS
Maya Cachia (Como, l-Italja), Patricia Ebejer (Mġarr United)
DIFENSURI
Rebecca Bajada (Mġarr United), Maia Debono (Mġarr United), Stephania Farrugia (Birkirkara), Emma Lipman (Como, Italja), Valentina Rapa (Birkirkara), Ann Marie Said (Birkirkara), Charlene Zammit (Birkirkara),)
MIDFIELDERS
Brenda Borg (Mġarr United), Rachel Cuschieri (Sampdoria, Italja), Veronique Mifsud (Birkirkara), Nicole Sciberras (Hibernians), Dorianne Theuma (Swieqi United), Gabriella Zahra (Birkirkara), Shona Zammit (Swieqi United).)
ATTAKKANTI
Haley Bugeja (Inter Milano, Italja), Maria Farrugia (Lewes FC, Ingilterra), Jade Flask (Swieqi United), Maya Lucia (NK Osijek, Kroazja), Sara Saliba (Birkirkara), Alishia Sultana (Birkirkara), Kailey Willis (Venezja, l-Italja).