Sunday, November 24, 2024

Manuvra strateġika mill-kampanja ta’ Donald Trump… Tista’ tkun kruċjali 

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Grupp ta’  ġurnalisti insegwu flimkien l-aħħar żviluppi fil-kampanja Presidenzjali Amerikana. Jitfaċċa il-filmat tal-President Donald Trump dieħel fi stabbiliment tal-McDonalds. Jidher jilbes il-fardal u ftit wara jurina l-Trump jagħmel ix-xogħol li jagħmlu l-ħaddiema ta’ kultum. Ir-reazzjoni ta’ dawki li kienu qegħdin isegwu kienu varji. Min daħak.

Min ikkummenta li l-kampanja Repubblikana ma setgħetx taqa’ iżjed fil-baxx. Oħrajn iddeskrivew lil Trump bħala buffu. Ma naqax min jgħid li kienet ‘stunt’ politika. Oħrajn kienu kawti. Xi wħud qisuha bħala manuvra  strateġika li saħħitlu l-appoġġ. Nista’ ma’ taqbilx ma’ Trump.

Nista’ ma togħġobnix il-politika tiegħu.   Imma bla dubju l-manuvra tiegħu li jmur u jaħdem għal ftit fi stabbiliment tal-McDonalds ma tistax ma ġġibx ammirazzjoni. Għax fuq kollox il-McDonalds fl-Istati Uniti xi jfisser – dak il-post li fih kulħadd jista’ jiekol.

Meta ninsabu ġimgħa l-bogħod mill-elezzjoni Presidenzjali, min daħak aktarx li kien qed jara dak l-avveniment biss. Forsi daħak għax mhux normali naraw kandidat għal elezzjoni Presidenzjali fi stabbiliment tal-McDonalds, aktar u aktar jaħdem fl-istess stabbiliment.

Lil hinn minn dan, min qed isegwi l-kampanja Presidenzjali fl-Istati Uniti, jaf li dak li għamel Trump kienu manevra strateġika. Manuvra li ħadmet. Il-manuvra ta’ Trump saret wara li l-Viċi President Kamala Harris,  iddikjarat li darba ħadmet fi stabbiliment tal-McDonalds waqt li kienet tistudja fil-kulleġġ. Ma inġabu ebda provi  u hemm kontroversja sħiħa u dubji dwar kemm verament seħħ dak li qalet.

M’hemm ebda dubju li din iż-żjara ta’ Trump fil-McDonalds ma kinitx ippjanata u seħħet proprju wara kontroversja li daħlet fiha Kamala Harris. Dan meta waqt intervista iddikjarat li kienet ħadmet fi stabbiliment tal-McDonalds

Immedjatament din id-dikjarazzjoni Ii nqabdet mill-istrateġisti li qegħdin imexxu l-kampanja ta’ Donald Trump.  Ma damux ma ħarġu jgħidu li kienet gidbda d-dikjarazzjoni ta’ Harris. Mill-banda l-oħra, wieħed stenna li l-kampanja ta’ Harris toħroġ turi l-evidenza li dak li qalet Kamala Harris kien verament seħħ. Biss minn naħa tal-kampanja ta’ Kamala Harris kien hemm skiet assolut.   Ma ġiet preżentata ebda evidenza, li turi li hi ħademt fi stabbiliment f’Kalifornja 41 sena ilu eżattament fis-sajf tas-sena 1983.

“Jien ħdimt fil-McDonalds 15-il minuta aktar minn Kamala Harris’

U quddiem dan l-istrateġisti ta’ Donald Trump jagħmlu manuvra strateġika.  Intiża biex trebbħu wieħed mill-aktar stati importanti. Joħorġu bl-idea li Trump imur jaħdem għal ftit fi stabbiliment tal-McDonalds f’Pennsylvania, wieħed mill-aktar stati importanti. U ovvjament Trump kellu xalata jitfa’ botti politiċi lil Kamala Harris.

Fi kliemu stess: “jien issa ħdimt fil-McDoanlds 15-il minuta aktar minn Kamala”.  Wara dak li nqala’ u l-mod kif spiċċaw iżżeffnu fin-nofs, inħarġet dikjarazzjoni mill-istess McDonalds fejn spjegaw l-affarijiet kif ġraw. Iddikjaraw li kienu l-kampanja ta’ Trump li talbu li ssir il-viżità. Huma minn naħa tagħha iddikjaraw li l-McDonalds la huma ‘ħomor’ u lanqas ‘blu’.  Infurmaw li huma għamlu stedina lil Kamala Harris biex tmur fi stabbiliment. 

Manuvra li saħħet l-immaġini ta’ Trump li miegħu tista’ tirrelata

Din il-manvura imma kienet aktar minn hekk. Hu fatt li wieħed mill-punti b’saħħithom ta’  Trump hu li  bħala persuna, tista’ tirrelata miegħu.  Li dak li jkun iħoss li għandu ħafna aspetti komuni miegħu.

U dan l-aspett ħareġ b’saħħtu proprju fil-filmati li xxandru ta’ Trump jaqdi lin-nies.  Kif mistenni u kif ippjanat ħareġ l-abbiltà ta’ Trump li jirrelata man-nies komuni.  U dan billi mar proprju f’ristorant li jużaw in-nies komuni. Mhux biss mar iżda għażel li jservi. Il-mossa li kien imiss mill-kamp oppost kienet li jippruvaw jiskreditaw il-manuvra ta’ Trump fil-McDonalds. 

Il-manuvra ta’ Trump ħadmet … Kamala ma’ tilqax l-istedina

Kemm il-manuvra tal-kampanja ta’ Trump kienet suċċess toħroġ ukoll mill-fatt li minkejja li l-McDonalds offrew lill-kampanja ta’ Harris biex anke hi taħdem fil-McDonalds, il-kampanja ta’ Harris baqgħet ma aċċettatx dan.  Il-fatt li m’aċċettawx komplew saħħew din il-manuvra.

L-istedina tal-McDonalds lill-kampanja ta’ Kamala Harris  kienet intużat mill-kampanja ta’ Harris, kienet bla dubju ta’ xejn ittiha l-opportunità li turi li hi mhix persuna maqtugħa u distakkata minn nies.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport