Saturday, December 21, 2024

MAPFRE MSV Life p.l.c. tiddikjara l-Bonuses għall-2021 

Aqra wkoll

Fit-18 ta’ Marzu 2022, MAPFRE MSV Life p.l.c. approvat ir-rati ta’ bonus għal With Profits policies għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Dicembru 2021.

Ġie dikjarat Regular Bonus Rate ta’ 2.00% fuq il-prodotti ewlenin tal-Kumpanija primarjament il-Comprehensive Flexi Plan (kemm il-poloz single premium kif ukoll dawk ta’ regular premium), is-Single Premium Plan u l-With Profits options tal-Investment Bond, Retirement Plan u Personal Pension PlanRegular Bonus Rate ta’ 1.90% ġie dikjarat fuq il-Comprehensive Life Plan (kemm il-poloz single premium kif ukoll dawk ta’ regular premium). Ir-Rati tal-Bonus Regolari tal-2021 għal dawn il-kuntratti jirrappreżentaw żieda ta’ 0.50% mid-dikjarazzjoni tal-2020.

Fuq il-poloz ‘Old Series’ Endowment u Whole Life, ġie dikjarat Regular Bonus ta’ 1.5% tas-somma bażika assigurata u l-bonuses. Ir-Rati tal-Bonus Regolari tal-2021 għal dawn il-kuntratti jirrappreżentaw żieda ta’ 0.50% mid-dikjarazzjoni tal-2020.

Barra minn hekk, il-Bord ħabbar ukoll id-dikjarazzjoni ta’ Bonus Finali fir-rigward ta’ Comprehensive Life Plans (kemm il-poloz single premium kif ukoll dawk ta’ regular premium), Comprehensive Flexi Plans (kemm il-poloz single premium kif ukoll dawk ta’ regular premium) u Single Premium Plans. Bonus finali huwa pagabbli suġġett għall-kriterji ta’ eliġibilità li ġejjin:

• Għal poloz fejn premiums fissi huma kkuntrattati biex jitħallsu f’intervalli regolari matul it-terminu magħżul tal-pjan (“Regular Premium”), bonus finali għandu jitħallas bħala perċentwal tal-kont tal-polza imsemmi jew fid-data tal-maturità tal-polza jew id-data tal-mewt tal-ħajja assigurata, jekk qabel, kif deskritt fit-tabella hawn taħt u sakemm il-polza tkun ila fis-seħħ għal aktar minn 10 snin.

•Għal dawk il-poloz fejn issir kontribuzzjoni ta’ darba mal-bidu tal-polza (“Kontribuzzjoni Inizjali”/”Single Premium”), jitħallas bonus finali bħala perċentwal tal-kont tal-polza jew fid-data ta’ meta l-polza timmatura jew fid-data tal-mewt tal-ħajja assigurata, jekk qabel, kif deskritt fit-tabella hawn taħt u sakemm, il-polza tkun ila fis-seħħ għal aktar minn 10 snin.

• F’dawk il-każijiet fejn saru kontribuzzjonijiet addizzjonali mhux kuntrattwali fuq kwalunkwe polza ta’ hawn fuq (“Additional Top Up Premiums”), jiġi kkalkulat bonus finali separat u jitħallas fuq il-valur tal-kont tal-polza ta’ kull wieħed mit-Top Up Premiums addizzjonali sakemm l-imsemmi Top Up Premium addizzjonali ikun sar aktar minn 10 snin qabel id-data tal-maturità tal-pjan jew id-data tal-mewt tal-ħajja assigurata, jekk qabel. Barra minn hekk il-perċentwal tal-Bonus Finali mogħti fir-rigward ta’ kull Premium Top Up addizzjonali jvarja skont it-tul ta’ investiment fil-Fond With-Profits ta’ kull kontribuzzjoni top up.

Peress li l-Bonus Finali x’aktarx ikunu volatili ħafna u dipendenti ħafna fuq il-prestazzjoni tal-investiment tal-With Profits Fund, il-Kumpanija m’għandha l-ebda obbligu li tħallas tali Bonus Finali ddikjarat. Jekk dan il-bonus finali jitħallasx jew le għandu jiġi determinat mill-Kumpanija fid-data tal-maturità tal-pjan jew tal-mewt tal-ħajja assigurata, jekk qabel.

Ir-rati tal-bonus finali li huma applikabbli għal poloz differenti huma murija fit-tabella hawn taħt skont il-modalità tal-primjum (jiġifieri jekk b’Single Premium jew Regular Premium jew Premium Top Up Addizzjonali):

Tip ta’ Kuntratt
Il-perċentwali japplikaw għall-policy accounts eliġibbli tal-polza (skont il-modalità tal-ħlas tal-primjum) fid-data tal-maturità jew tal-mewt tal-ħajja assigurata, jekk qabel.
Rata fissa  %Rata għal kull sena li l-polza tibqa fis-seħħ wara l-10 sena tal-ħlas tal-premium(s) rilevanti %
Single Premium Plan  (Kontribuzzjoni Inizjali magħmula aktar minn 10 snin qabel id-data tal-maturità jew tal-mewt)9.0%0.00%
Comprehensive Life Plan (Single Premium) (Kontribuzzjoni Inizjali magħmula aktar minn 10 snin qabel id-data tal-maturità jew tal-mewt)0.0%2.50%
Comprehensive Life Plan (Regular Premium) (Poloz fis-seħħ aktar minn 10 snin qabel id-data tal-maturità jew tal-mewt)0.0%0.50%
Comprehensive Life Plan (Top Up Premiums addizzjonali fuq il-poloz ta’ hawn fuq) (Fejn top up addizzjonali ġie investit aktar minn 10 snin qabel id-data tal-maturità jew tal-mewt)0.0%2.50%
Comprehensive Flexi Plan (Single Premium) (Kontribuzzjoni Inizjali magħmula aktar minn 10 snin qabel id-data tal-maturità jew tal-mewt)10.0%1.50%
Comprehensive Flexi Plan (Regular Premium) (Poloz fis-seħħ aktar minn 10 snin qabel id-data tal-maturità jew tal-mewt)7.5%0.25%
Comprehensive Flexi Plan (Top Up Premiums addizzjonali fuq il-poloz ta’ hawn fuq) (Fejn top up addizzjonali ġie investit aktar minn 10 snin qabel id-data tal-maturità jew tal-mewt)10.0%1.50%

Sakemm, fi kwalunkwe ħin bejn l-1 ta’ April 2022 u l-31 ta’ Marzu 2023, ir-rati tal-Bonus Finali msemmija hawn fuq ma jinbidlux jew jiġu rtirati mill-Kumpanija, kif imsemmi hawn fuq, din l-iskeda tar-rati tal-Bonus Finali titħallas skont it-termini u kundizzjonijiet tal-pjan rilevanti.

Il-Bord approva wkoll Bonus Regolari ta’ 1.90% fuq dawk il-poloz tas-Secure Growth li kienu parti mill-portafoll li ġie ittrasferit lill-MAPFRE MSV Life mill-Assicurazioni Generali S.p.A. fis-sena 2000. Il-Bord approva wkoll Bonus Regolari ta’ 1.25% fuq il-poloz ALICO 78 u Bonus Regolari ta’ 1.25% fuq il-poloz ALICO 66 li kienu parti mill-portafoll ittrasferit lill-MAPFRE MSV Life fl-2011 mill-American Life Insurance Company (“ALICO”).

Fl-aħħar nett, bħala parti mid-deċiżjoni dwar id-Dikjarazzjoni tal-Bonus, il-Bord approva Rata ta’ Bonus Regolari Interim riveduta għall-2022 ta’ 1%. Ta’ min jinnota li din ir-rata tista’ tiġi riveduta fi kwalunkwe ħin.

Il-MAPFRE MSV With Profits Fund kiber b’4.1% minn €2.19 biljun fil-31 ta’ Dicembru 2020 ghal €2.28 biljun fil-31 ta’ Dicembru 2021. Il-Fund irregistra dħul totali mill-investiment ta’ €101.4 miljun, li jirrappreżenta irkupru iehor mill-impatt negattiv fuq is-swieq finanzjarji wara d-dikjarazzjoni tal-virus COVID-19 bħala pandemija f’Marzu 2020. Dan jikkumpara ma’ dhul totali mill-investiment ta’ €60.2 miljun fl-2020. 

Minkejja l-investment policy prudenti addottata mill-MAPFRE MSV Life, ir-riżultati tal-passat m’humiex garanzija tal-futur. Għalkemm l-investimenti With Profits tal-MAPFRE MSV Life ġeneralment ipprovdew lill-policyholders dħul stabbli u sodisfaċenti meta mqabbel ma’ prodotti simili ta’ investiment, ir-redditu tal-investiment jista’ jvarja speċjalment fi żminijiet ta’ inċertezza, kif qed jidher bħalissa minħabba riskju inflazzjonarju u ġeopolitiku wara li faqqgħet il-gwerra fl-Ukrajna. Il-Fair value movements u d-dħul mill-investimenti għandhom effett dirett fuq ir-rati ta’ bonuses iddikjarati mill-Kumpanija. Il-Bonuses Regolari huma għalhekk mistennija li jvarjaw tul is-snin li polza tkun għaddejja filwaqt li l-bonuses finali huma mistennija li jkunu volatili ferm u jiddependu ħafna mill-andament tal-investimenti tal-Kumpanija fiż-żmien meta timmatura l-polza jew fiż-żmien tal-mewt tal-ħajja assigurata. Għalhekk il-bonuses finali hawn fuq imsemmija jew xi wieħed jew aktar minnhom xorta jistgħu jitnaqqsu jew jitneħħew għal kollox mill-Kumpanija f’dak iż-żmien li l-pjan jimmatura jew mal-mewt tal-ħajja assigurata, skont il-każ, kif diġà ġie spjegat hawn fuq.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE MSV Life, is-Sur Etienne Sciberras ddikjara, “Is-sena 2021 kienet ikkaratterizzata minn irkupru ekonomiku qawwi hekk kif l-ekonomiji globali komplew jinfetħu għal tama mġedda mmexxija mis-suċċess tal-programmi ta’ tilqim u t-tnaqqis tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Il-gvernijiet żammew l-appoġġ fiskali tagħhom u l-politika monetarja tal-Banek Ċentrali baqgħet akkomodanti. Dan l-isfond ta spinta lil assi riskjużi b’indiċijiet ta’ ishma globali maġġuri jilħqu l-ogħla livell minkejja li s-swieq saru aktar volatili fl-aħħar kwart tas-sena hekk kif ħareġ il-varjant Omicron, l-inflazzjoni kompliet tizdied u l-banek Ċentrali bdew jippreparaw lis-swieq għal ritorn għan-normalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax. Dan tal-aħħar wassal għat-titoli ta’ dħul fiss biex ikollhom prestazzjoni baxxa hekk kif l-investituri bdew janticipaw numru ta’ żidiet fir-rati tal-imgħax.”

F’dan il-kuntest, il-MAPFRE MSV Life With-Profits Fund irritorna redditu nett ta’ 4.40% li huwa meqjus bħala prestazzjoni sodisfaċenti f’dan il-kuntest ekonomiku u finanzjarju.

F’kumment dwar il-prospetti għall-futur, Etienne Sciberras qal, “Il-gwerra fl-Ukrajna u t-tħassib li qed jiżdied dwar l-inflazzjoni qed ikollu effett fuq it-tbassir tat-tkabbir ekonomiku u l-livell ta’ inċertezza fis-swieq finanzjarji. Fl-ewwel xhur tal-2022, l-eżitu inċert tal-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna kkontribwixxa għal aktar volatilità fis-swieq tal-ishma. Min-naħa l-oħra, hekk kif l-inflazzjoni kompliet tiżdied, anke bhala rizultat taż-żieda fil-prezzijiet tal-komoditajiet, żdiedet ukoll l-istennija tas-suq ta’ issikkar aktar aggressiv tar-rata tal-imgħax. Il-Banek Ċentrali madwar id-dinja għandhom kompitu diffiċli ħafna li jibbilanċjaw l-impatt negattiv fuq it-tkabbir li jirriżulta mill-adozzjoni ta’ issikkar tar-rata tal-imgħax aktar aggressiva. Mill-banda l-oħra, jekk ma jsirx issikkar biżżejjed jiżdied ir-riskju li l-inflazzjoni tkompli tiżdied. Id-diversifikazzjoni tal-assi tibqa’ fundamentali speċjalment minħabba ż-żminijiet inċerti attwali”.

Il-MAPFRE MSV Life With Profits Fund

Il-flus tal-With Profits policyholders tal-MAPFRE MSV Life huma investiti fil-MAPFRE MSV Life With Profits Fund. B’aktar minn €2.28 biljun ta’ assi investiti u b’aktar minn 80,000 polza attiva, il-MAPFRE MSV With Profits Fund huwa wieħed mill-akbar managed savings funds f’Malta. Id-daqs u s-saħħa tal-Fund jippermetti li jsir investiment f’firxa wiesgħa ħafna ta’ assi globali. L-għan tal-MAPFRE MSV Life With Profits Fund hu li joffri dħul reali fit-tul li huwa kompetittiv u li jkun relattivament stabbli kumparat mal-volatilità tas-swieq finanzjarji filwaqt li jipprovdi garanziji relattivi fuq il-kapital. Dan ifisser li l-investimenti With Profits għadhom għażla tajba għal investituri li jfittxu tkabbir kontinwu minn firxa ta’ investimenti fit-tul b’ċerta protezzjoni. Fi żminijiet ta’ inċertezza, il-benefiċċji tal-bilanċ bejn dħul u garanziji jagħtu vantaġġ lil minn jinvesti fil-With Profits fuq forom oħra ta’ investiment.

Poloz li jinvestu fil-With Profits Fund għandhom erba’ elementi importanti li wieħed mhux normalment isib f’investimenti oħra kumparabbli. L-ewwel nett, l-ammont investit wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-prodott huwa garantit li jiġi mħallas lura meta l-polza timmatura jew f’każ ta’ mewt jekk din tiġri qabel. It-tieni, bonuses regolari jiġu miżjuda mal-investiment kull sena. Ladarba jitħallsu, il-bonuses regolari huma garantiti u ma jistgħux jittiehdu lura. It-tielet, jekk l-investiment jinżamm għal perjodu ta’ aktar minn 10 snin, jista’ jitħallas bonus finali meta l-polza timmatura jew f’każ ta’ mewt liema bonus jiddependi mill-andament tal-Fund f’dik id-data u sakemm il-polza tinżamm għal ċertu numru ta’ snin u f’rispett tal-primjum li kien jitħallas għal ċertu numru ta’ snin, it-tnejn li huma determinati mill-Kumpanija minn żmien għal żmien meta u jekk jiġi ddikjarat Bonus Finali. Fl-aħħar nett, il-poloz With Profits huma effiċjenti għal fini ta’ taxxa. 

Ekonomija

Sport