Friday, May 3, 2024

Ma jinġabrux 14,473 dokument tal-vot

Aqra wkoll

B’kollox hemm 14,473 vot li baqgħu ma nġabrux għall-elezzjoni ġenerali ta’ għada. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali tal-2017 kien hemm total ta’ 8,372 dokument li ma nġabrux. Ta’ min jinnota li n-nies eleġibbli biex jivvotaw fl-2017 kienu 13,000 inqas minn dak eleġibbli llum.

Ħarsa lejn id-distretti u l-persentaġġ ta’ kemm ma nġabrux dokumenti tal-voti, wieħed jinnota li l-aktar distretti fejn fihom ma nġabrux huma distretti li tradizzjonalment huma Nazzjonalisti.

Fil-fatt fit-12-il Distrett, li jinkludi l-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, ma nġabrux total ta’ 2,529 dokument tal-vot (9%). Warajh hemm l-10 Distrett, li jinkludi n-Naxxar (parti), Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar), Pembroke, San Ġiljan, Paceville (San Ġiljan) u Tas-Sliema, b’total ta’ 1,876 (7%)

L-1  Distrett1052  4.10%
It-2  Distrett 858 3.20%
It-3  Distrett1,110  4%
Ir-4  Distrett   746 2.8%
Il-5   Distrett 694 2.6%
Is-6  Distrett  557 2%
Is-7  Distrett  693   2.5%
It-8   Distrett   822  3.10%
Id-9  Distrett 1,255   4.80%
L-10 Distrett   1,876  7%
Il-11-il Distrett   839  3.10%
It-12-il Distrett  2,529 9%
It-13-il Distrett  1,442  4.7%

Sport