Sunday, December 22, 2024

MAPFRE MSV tniedi offerta speċjali limitata fuq Single Premium Plan

Aqra wkoll

MAPFRE MSV Life nediet offerta speċjali limitata fuq Single Premium Plan. Din l-offerta speċjali toffri allokazzjoni addizjonali ta’  1 % fuq l-investiment inizjali u l-ebda spejjez inizjali. Dan il-pjan ta’ investiment joffri garanzija fuq il-kapitali jekk l-investiment jinżamm sal-maturità jew f’kas ta’ mewt preċedenti.  

Din l-offerta speċjali limitata hija għal investiment ta’ 15-il sena f’Single Premium Plan b’kontribuzzjoni minima ta’  €10,000. Il-kontribuzzjonijiet f’dan il-pjan huma investi fil- MAPFRE MSV Life With Profits Fund – investiment b’riskju baxx sa medju li joffri potenzjal għat-tkabbir filwaqt li jipproteġi l-investiment minn volatilità fuq perjodu qasir. L-investiment jikber skont il-bonus annwali dikkjarat minn MAPFRE MSV Life li, ladarba dawn jiġu ddikjarati, jiżdiedu mal-kont tal-polza.

Dan il-bonus jista’ jiġi migbud kull sena bħala forma ta’ dħul jew jista’ jinżamm fil-kont tal-polza u jibbenefika minn dak li jissejjah ‘compounding’ hekk kif bonuses oħra li jiżdiedu minn sena għall-oħra. Single Premium Plans ta’ din l-offerta speċjali limitata għandha wkoll il-possibbiltà li tibbenefika minn kwalunkwe bonus finali addizzjonali li MAPFRE MSV Life tiddikjara li hija pagabbli fis-sena meta l-polza timmatura. 

Bħala prodott ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni, din l-offerta speċjali limitata hija investiment effiċjenti fit-taxxa u hija investiment ideali ghal estate planning  għaliex tippermetti li benefiċjarji jkunu nnominati. 

Etienne Sciberras, Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE MSV Life qal, “Għandna pjaċir inniedu din l-offerta speċjali limitata fis-suq u nemmnu li l-karatteristiċi ta’ valur miżjud li qed noffru jagħmluha proposta tajba għal dawk l-investituri li qed ifittxu prodott ta’ tfaddil fit-tul affidabbli u mhux volatili. Aħna konxji mid-diffikultà li jiffaċċjaw dawk li jfaddlu u l-investituri meta jiġu biex jagħzlu investiment fis-suq li joffri redditu attraenti filwaqt li jaqbel mal-profil tar-riskju tagħhom, b’mod partikolari f’ambjent tar-rati tal-imgħax baxxi, li ilna nesperjenzaw f’dawn l-aħħar snin. 

F’dan ir-rigward, permezz ta’ din l-offerta speċjali limitata fuq il-prodott Single Premium Plan, qed infittxu li noffru lill-investituri b’valur miżjud immedjat permezz tal-allokazzjoni addizzjonali ta’ 1% li se nżidu immedjatament mal-investiment tagħhom. Neħħejna wkoll it-tariffi kollha inizjali, li b’hekk jagħmlu din il-proposta aktar attraenti għall-klijenti tagħna. 

Il-Prodott Single Premium Plan huwa kkunsidrat bħala investiment b’riskju baxx peress li l-With Profits Fund (li fih jiġu investiti l-fondi) jipprovdi garanzija kapitali mal-maturità jew mewt preċedenti. B’hekk il-klijenti tagħna kapaċi jserrħu rashom permezz ta’ dan il-fond, waqt li jibbenefikaw minn bonus ta’ kull sena li niddikjaraw, kif ukoll il-possibbiltà li jibbenefikaw minn bonus finali addizzjonali. Dan l-investiment huwa kkunsidrat ukoll bħala effiċjenti fit-taxxa peress li l-bonuses jitħallsu mingħajr taxxa f’idejn id-detentur tal-polza. 

MAPFRE MSV Life se tibda taċċetta applikazzjonijiet għal din l-offerta speċjali fuq il-Pjan Single Premium mit-Tnejn, 25 ta’ Ottubru 2021. Din hija offerta limitata li se tagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 2021 jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni ta’ MAPFRE MSV Life.  

Jekk tagħżel li tirtira flus kontanti fil-pjan tiegħek qabel id-data tal maturità, hemm ċans li ma tieħux lura daqs kemm investejt. Dak li tista’ tieħu lura jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-investiment u l-bonuses li setaw jiżdiedu. Ir-rata ta’ bonuses futuri mhijiex garantita u tista’ tinbidel matul is -snin.

It-trattament tat-taxxa jiddependi fuq ċirkostanzi individwali u huwa bbażat fuq il-leġiżlazzjoni attwali dwar it-taxxa li tista’ tinbidel fil-futur. 

MAPFRE MSV Life p.l.c. (C-15722) hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta ‘ Malta biex tmexxi negozju tal-assigurazzjoni fit-tul taħt l-Att dwar il-Kummerc tal-Assigurazzjoni, Kap 403 fil-Liġijiet ta’ Malta. L-entità hija regolata mill-MFSA.

Ekonomija

Sport