Saturday, May 4, 2024

“Wasal iż-żmien biex il-Korp jaġġorna l-proċeduri dwar reklutaġġ ta’ persuni li għandhom tattoos”

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri qal li jemmen li wasal iż-żmien biex il-Korp tal-Pulizija jaġġorna l-proċeduri tiegħu, bħalma għamlu f’ċirkostanzi oħra, dwar reklutaġġ ta’ persuni li għandhom tattoos.

Fuq il-midja soċjali, il-Ministru Camilleri qal li bit-trasformazzjoni strateġika fil-Korp tal-Pulizija qed iwettqu bidla pożittiva biex ikollna din il-forza iżjed moderna u inklussiva, filwaqt li tkun aktar rappreżentattiva tas-soċjetà.

Għaldaqstant, huwa qal li jemmen ukoll li issa jeħtieġ li jagħmlu bidla oħra fil-mentalità.

Il-Ministru qal: “Dan bil-għan li ma jintilfux iżjed talenti sempliċiment għax persuna għażlet li jkollha tattoo. Dan għandu jsir b’linji gwida ċari.”

Sport