Sunday, December 22, 2024

MAPFRE se tapprova 14,500 fornitur bi kriterji ta’ sostenibbiltà sal-2024

Aqra wkoll

Il-Kumpanija globali MAPFRE impenjat ruħha li tkun aktar sostenibbli, permezz ta’ proviżjoni ta’ servizzi u proċessi li jikkonsidraw prattiċi ambjentali, soċjali u ta’ governanza tajba. Dan bl-għan li l-kumpanija saħħaħ ir-relazzjoni tagħha mal-fornituri tagħha, toffri servizz aħjar lill-klijenti tagħha, u tippromwovi l-impenn tagħha għas-sostenibbiltà.

Il-kumpanija qed twiegħed li taħdem biex 100% tal-fornituri fis-settur tal-assigurazzjoni fuq djar u s-saħħa ikunu kommessi għal kriterji ESG 2021. Dawn jammontaw għal 14,500 fornitur li jwettqu operazzjonijiet f’pajjiżi bħal Spanja, il-Ġermanja, l-Istati Uniti, il-Messiku, Puerto Rico, il-Brażil, u l-Perù.

Biex twettaq dan, il-kumpanija żviluppat metodoloġija tal-approvazzjoni ESG tagħha stess li tgħin biex dawk li joffru servizz jħaddnu prattiċi li jikkonformaw mal-istrateġija ta’ sostenibbiltà ta’ MAPFRE.

Il-mudell jidentifika l-fatturi ta’ riskju ta’ aspetti relatati mal-konformità mar-regolamenti ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiem, il-korruzzjoni, u s-sigurtà tal-informazzjoni, fost oħrajn. Kull kumpanija tingħata punteġġ ta’ bejn 0 u 100, u b’hekk tista’ tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni biex tħaffef l-adozzjoni ta’ miżuri li huma aktar favur l-ambjent, soċjalment etiċi u favur it-trasparenza.

Fil-bidu tal-2019, il-kumpanija bdiet proċess ta’ approvazzjoni fejn dawn il-kriterji ESG jintużaw biex japprovaw aktar minn 5,000 fornitur minn diversi pajjiżi. MAPFRE taħdem ma’ kważi 145,000 fornitur b’kollox, bi spiża ta’ aktar minn Eur 4.4 biljun.

Biex tħaddan l-impenn tagħha ta’ responsabiltà soċjali, il-kumpanija globali taċċerta li dawk li taħdem magħhom jħaddnu ukoll prinċipji bażiċi ekonomiċi, ambjentali, soċjali u ta’ governanza, u li jikkonformaw magħhom. Dan jinkludi ir-rifjut ta’ kwalunkwe tip ta’ diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol, fastidju, tħaddim tat-tfal u korruzzjoni.

Il-Kumpanija tħaddan wkoll il-mudell Provider Management Operating Model (POM), li jiżgura l-konformità li l-provvista ta’ servizzi jħaddnu ċertu kalibru ta’ teknika, joperaw b’mod effettiv u responsabbli. Dan il-mudell jipprovdi wkoll it-taħriġ meħtieġ għall-fornituri biex iwettqu l-operazzjonijiet tagħhom u biex isiru kumpaniji li huma dejjem aktar impenjati għall-iżvilupp sostenibbli.

MAPFRE għandha strateġija ta’ sostenibbiltà li hija kompletament integrata man-negozju tagħha, u li tpoġġi l-klijent fiċ-ċentru tal-operazzjonijiet tagħhha, waqt li tipprovdi għall-ħtiġijiet ta’ dawk li taħdem magħhom. Permezz tal- Aġenda 2030, timpenja ruħha fuq oqsma ta’ governanza soċjali, ambjentali u korporattivi, sabiex tgħin biex tnaqqas id-diskrepanza soċjali, tippromwovi l-aċċessibbiltà tal-assigurazzjoni, tipproteġi lil-pjaneta u tipprovdi struttura ta’ governanza li tippromwovi l-etika u t-trasparenza, fost oħrajn.

Ekonomija

Sport