Sunday, December 22, 2024

Mara bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta

Aqra wkoll

Għall-ħabta tad- 8:40 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza Mini Cooper misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti Ħ’Attard u mutur NIU N1S misjuq minn mara ta’ 39 sena residenti San Pawl il-Baħar, li sofriet xi ġrieħi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni:

ARA: Mara l-Isptar wara ħabta bejn mutur u karozza fis-Salini

Mara kellha tittieħed l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tad-8:40 a.m., kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta, is-Salini.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li kien seħħ impatt bejn karozza Mini Cooper misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti Ħ’Attard, u mutur tal-għamla MIU N1S misjuq minn mara ta’ 39 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Minnufih fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li assista lill-mara sakemm setgħet tittieħed l-Isptar għal aktar attenzjoni medika permezz t’ambulanza. S’issa, il-kundizzjoni tal-mara għadha pendenti.

Preżenti kien hemm ukoll diversi uffiċjali tal-Pulizija li mill-ewwel ħadu ħsieb jikkontrollaw is-sitwazzjoni kif ukoll bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom.

Kawża ta’ dan l-inċident, għal xi ħin fiż-żona kien hemm ammont kbir ta’ traffiku u għalhekk is-sewwieqa kien mħeġġa biex kemm jista’ jkun isibu rotot alternattivi sakemm tikkalma s-sitwazzjoni.

Ekonomija

Sport