Mara ta’ 33 sena residenti s-Siġġiewi, għall-ħabta tal-5:15 a.m., kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq id-Dwejra, Binġemma, fil-limiti tar-Rabat.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li waqt li kienet qed issuq Nissan Qashqai, għal xi raġuni tilfet il-kontroll, bil-konsegwenza li l-karozza waqgħet f’għalqa taħt il-livell tat-triq.
Hija ngħatat l-għajnuna minn membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, fejn wara li ttellgħet,
ittieħdet l-isptar b’ambulanza.
Aktar tard hija ġiet ċċertifikata bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.









