Mara mill-Latvja ta’ 33 sena u raġel Malti ta’ 40 sena t-tnejn residenti Marsaskala ndarbu wara li kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-4:30 a.m., inqalbu bil-mutur fi Triq San Anard, Ħal Tarxien.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.