Friday, May 3, 2024

Mara fil-periklu tal-mewt u raġel iweġġa’ gravi f’inċident waqt rock climbing fil-Wied ta’ Imġarr ix-Xini

Aqra wkoll

Mara ta’ 37 sena minn Birkirkara tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet mill-għoli waqt li kienet qed tagħmel rock climbing f’Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 p.m. fil-Wied ta’ Imġarr ix-Xini, f’Għawdex.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li hekk kif il-mara waqgħet mill-għoli, hija ġiet fuq raġel ta’ 30 sena residenti Birkirkara wkoll, li f’dak il-ħin prova jassistiha.

fuq il-post issejjaħ tim mediku u kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-vittmi. Iż-żewġ persuni ttieħdu permezz ta’ ambulanza l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex biex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Sport