Wednesday, July 24, 2024

Mara fil-periklu tal-mewt wara inċident bir-rota fil-Fontana

Aqra wkoll


Matul il-lejl li għadda, mara ta’ 43 sena min-Nepal, residenti l-Fontana, Għawdex, tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident bir-rota.

Kienu għall-ħabta tal-11.00pm, xħin il-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq Għajn Qatet, ir-Rabat, Għawdex, kien hemm persuna fl-art bid-dmija kawża ta’ xi ġrieħi li kellha. Fuq il-post marru l-pulizija fejn sabu lil mara u ftit ‘il bogħod minnha kien hemm rota.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Ġenerali t-Għawdex b’ambulanza u aktar tard kienet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l- investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin biex tiġi stabbilita d-dinamika tal-każ.

Ekonomija

Sport