Wednesday, July 24, 2024

Mara l-isptar wara li ntlaqtet minn karozza fil-Qala Għawdex

Aqra wkoll

Mara ta’ madwar 45 sena kellha tidaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li aktar kmieni dalgħodu ntlaqtet minn karozza fi Triq it-Tempju (qrib sew l-iskola Primarja) fil-Qala Għawdex.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza fejn wara li taw l-ewwel għajnuna lil mara, ttieħded l-Isptar għal aktar osservazzjoni.

Fuq il-post hemm numru ta’ pulizija li mill-ewwel bdew jinvestigaw il-każ.

Għalkemm il-kundizzjoni tal-mara s’issa għadha mhux magħrufa, sorsi fuq il-post qalu lil dan is-sit li ma jidhirx li hija fil-periklu tal-mewt.

Aktar informazzjoni kif taslilna.

Ekonomija

Sport