Mara, li l-identità tagħha għadha mhix magħrufatinsab fil-periklu tal-mewt,wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-7:30 p.m, kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Borg Olivier, f’San Ġiljan
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-mara intlaqtet minn xarabank Otokar Kent li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ nazzjonalita’ Ungeriż ta’ 35 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.