Wednesday, July 24, 2024

Mara fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn xarabank f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Mara, li l-identità tagħha għadha mhix magħrufatinsab fil-periklu tal-mewt,wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-7:30 p.m, kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Borg Olivier, f’San Ġiljan

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-mara intlaqtet minn xarabank Otokar Kent li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ nazzjonalita’ Ungeriż ta’ 35 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport