Monday, November 11, 2024

Mara fil-periklu tal-mewt wara li rriversjat u laqtet stage tal-linja f’Ta’ Xbiex

Aqra wkoll

Mara ta’ 48 sena residenti n-Naxxar, għall-ħabta tas-2.15p.m. ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Prinċipessa Margerita, Ta’ Xbiex.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara kienet qed issuq Volkswagen Polo u waqt li kienet qiegħda tirriversja, laqtet Suzuki Alto li kienet ipparkjata, kif ukoll stage tal-linja.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Kevan Azzopardi LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport