Saturday, December 28, 2024

Mara fil-periklu tal-mewt wara nirien f’residenza f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Mara tinsab fil-periklu tal-mewt wara li nirien ħakmu lil residenza f’Raħal Ġdid. Il-Pulizija ġew mgħarrfa bin-nirien fi Triq Ninu Cremona għall-ħabta tat-3.10 a.m.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn ġie nnutat li kien hemm nirien f’residenza u li mara ta’ 63 sena residenti Raħal Ġdid kienet sofriet xi ħruq.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nar filwaqt li ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard hija ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo li ħatret diversi esperti biex jassistuha. Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Ekonomija

Sport