Il-mara li nqatlet ilbieraħ fil-belt ta’ Tel Aviv f’Iżrael ġie identifiakta bħala Mary Anne Velasquez de Vera ta’ 32 sena b’ċittadinanza Filippina.
De Vera kienet qiegħda taħdem ma’ mara anzjana u xogħlha kien li tieħu ħsiebha.
“Mary Ann inqatlet hekk kif kienet qiegħda tieħu lill-pazjenta tagħha lejn post sigur waqt l-operazzjoni Roaring Lion li bdiet minn Iżrael,” qalet l-Ambaxxata Iżraelita fil-Filippini.
Skont rapporti fil-midja, il-mara ġiet identifikata minn żewġha stess li wkoll qiegħed jaħdem f’Iżrael. Hija kienet emigrat lejn il-pajjiż bit-tama li ssib futur aħjar kif jagħmel ħafna Filippini.



