…imma tispiċċa b’monitor mal-għaksa
Tania Warne li flimkien ma’ bintha ta’ seba’ snin Ayla Luca kienu ilhom miżmumin f’detenzjoni mill-Pulizija ta’ l-Immigrazzjoni fl-Istati Uniti (ICE) għal tlit ġimgħat issa ġew meħlusin.
Huma inħelsu wara li ħallsu garanzija ta’ $9,500. Tania Warner u bintha Ayla Luca, oriġinarjament mill-British Columbia, huma ċittadini Kanadiżi. Warner marret toqgħod l-Istati Uniti fis-sena 2021 meta żżewġet lil Edward Warner, ċittadin tal-Istati Uniti.
Wara li nħelset Tania Warner qalet li l-Imħallef iddeċieda li hi u Ayla ma kinux riskju ta’ ħarba, għalkemm ġiet imwaħħla monitor tal-għaksa. Hija qalet li l-avukat tal-immigrazzjoni tagħha seta’ jargumenta li d-dokumenti tagħha kienu ġew ippreżentati b’mod korrett u li hija legalment permessa li testendi ż-żmien tagħha fl-Istati Uniti.

