Mara ta’ 65 sena residenti Għajnsielem kellha tiddaħħal l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li għall-ħabta tad-9.25 pm tal-bieraħ allegatament kienet involuta f’argument fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem.
Jirriżulta li l-argument seħħ bejn il-mara li ddaħlet l-isptar u mara oħra ta’ 37 sena residenti r-Rabat Għawdex.
Il-Pulizija ġew informati b’telefonata li fi Triq l-Imġarr kien hemm mara mixħuta mal-art bid-demm ħiereġ minn rasha.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza biex jassistu filwaqt li l-Pulizija mill-ewwel beda jinvestigaw dan il-każ.
Il-mara ġiet iċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief.