Sunday, December 22, 2024

Mara l-isptar wara ħabta bejn vann u karozza

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-3:00 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fl-inħawi tal-Barrani, f’Ħal Tarxien.

Minn stħarriġ preliminari li sar rriżulta li seħħet ħabta bejn vann Mercedes u karozza Toyota Starlet misjuqa minn mara ta’ 52 residenti x-Xgħajra. Fuq il-post issejħu  minnufih tim mediku u  uffiċjali tal-Pulizija.

Il-mara kellha tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin

Ekonomija

Sport