Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-3:00 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Villa Bate f’Ħaż-Żabbar.
Minn investigazzjoni li saret irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 49 sena residenti l-Fgura u Mitsubishi Colt misjuqa minn raġel ta’ 47 sena residenti ż-Żejtun.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara għall-kura neċessarja. Is-sewwieq l-ieħor ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.