Tuesday, December 24, 2024

Mara l-isptar wara inċident fl-Imġarr

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-1:15 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq Santa Marija, l-Imġarr, seħħet ħabta u hemm xi persuna li sofriet xi ġrieħi.

Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru rriżulta li seħħ impatt bejn vettura ta’ tip Daihatsu Delta misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti l-Imġarr u vettura ta’ tip Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 55 sena residenti Ħal Għargħur.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil mara l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport