Kien għall-ħabta tas-7.00am meta mara ta’ 29 sena residenti ż-Żejtun kellha tidaħħal l-Isptar wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.L-inċident seħħ fi Triq is-Salib tal-Marsa, il-Marsa.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-mara kienet qiegħda Toyota Vitz meta għal xi raġuni kellha mpatt ma’ Renault Megane li kienet misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti Marsascala.
Fuq il-post mar tim medika b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lil mara fejn wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tagħha s’issa għadha mhix magħrufa.
Il-pulizija għadhom qegħdin jinvesitgaw dan il-każ.