Mara li kienet wasslet biex twelled inqatlet traġikament quddiem iż-żewġt uliedha hekk kif kien għadu kif spiċċa l-baby shower tagħha.
Shanice Young, li għandha 31 sena, instabet b’ferita ta’ arma tan-nar f’rasha u mitlufa minn sensiha meta l-pulizija ssejħu fuq il-post fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu nhar is-Sibt li għadda.
Il-mara inqatlet wara li kienet qed tipprova twaqqaf ġlieda bejn l-eks sieħeb tagħha u l-għarus il-ġdid tagħha.
Hija ttieħdet l-isptar fejn sfortunatament ġiet iddikjarata mejta.
It-traġedja, deskritta mill-maħbubin tagħha bħala waħda “bla sens”, seħħet f’Harlem, Manhattan.
Il-familja tal-mara qalet lill-midja li ż-żewġt uliedha, li għandhom 15-il sena u sitt snin, raw l-isparatura sseħħ u raw lill-ommhom tittieħed l-isptar permezz t’ambulanza.