Friday, May 3, 2024

Il-President George Vella se jattendi s-16-il laqgħa tal-Kapijiet ta’ Stat tal-Grupp Arraiolos f’Ruma

Aqra wkoll

​Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella se jkunu fil-kapitali Taljana Ruma, sabiex jattendu s-16-il laqgħa informali ta’ Kapijiet ta’ Stat tal-Grupp Arraiolos.

Matul din l-okkażjoni, il-President Vella se jkun qed jingħaqad mal-presidenti tal-15-il stat membru tal-Unjoni Ewropea li l-kap ta’ stat tagħhom huwa president mhux eżekuttiv.

Il-Grupp Arraiolos huwa maħsub biex ta’ kull sena jlaqqa’ flimkien kapijiet ta’ stat bl-għan li jaqsmu ħsibijiethom fuq temi ta’ rilevanza Ewropea u internazzjonali.

Sakemm il-President ikun Ruma, is-Sinjura Dolores Cristina se sservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.

Sport