Il-gwardjan, Alun Harris-Richards, ta’ 62 sena, li qabel kien suldat fil-Royal Navy, sofra attakk tal-qalb fatali waqt l-alterkazzjoni. Huwa kien qed jipprova jwaqqaf lil Natasha Smith, ta’ 38 sena, milli titlaq mill-ħanut wara s-serqa. Waqt il-konfront waqa’ mal-art u ħabat rasu, li wassal għall-mewt tiegħu.
Fil-Qorti Għolja f’Edinburgh f’Jannar, Smith ammettiet li hija ħatja ta’ omiċidju volontarju (manslaughter) u wkoll li aggrediet impjegat ieħor tal-Asda waqt l-inċident.
Il-qorti tatilha sentenza nhar il-Ħamis ta’ ħames snin u erba’ xhur ħabs.
Ikkundannata ħames snin ħabs wara li feriet raġel li pprova jwaqqafha milli tisraq
Mara li serqet minn ħanut ġiet ikkundannata ħames snin u erba’ xhur priġunerija. Dan wara li gwardjan tas-sigurtà miet waqt li kien qed jipprova jwaqqafha milli taħrab.
Il-gwardjan, Alun Harris-Richards, ta’ 62 sena li wkoll serva bħala suldat fil-Royal Navy, sofra attakk tal-qalb. Huwa kien qed jipprova jwaqqaf lill-akkużata, Natasha Smith, ta’ 38 sena, milli titlaq mill-ħanut wara li serqet. Waqt li prrova jwaqqafha, huwa waqa’ mal-art u ħabat rasu, li wassal biex tilef ħajtu.
Fil-Qorti ta’ Edinburgh f’Jannar, Smith ammettiet li hija ħatja ta’ omiċidju volontarju uli aggrediet impjegat ieħor waqt l-istess serqa li ppruvat twettaq.



