Sunday, October 5, 2025

Mara ssofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-2.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ta’ Lawrenti, is-Siġġiewi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Smart Fortwo misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti l-Mellieħa u Volvo XC 40 misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti l-Qrendi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, hija kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport