Saturday, October 19, 2024

Mara ssofri ġrieħi serji wara li ntlaqtet minn vettura

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates

Mara ndarbet wara li għall-ħabta ta’ 12:00 p.m kienet involta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-mara ta’ 47 sena mill-Polonja, għal xi raġuni, intlaqtet minn vettura tat-tip Opel Astra li kienet qed tinstaq minn raġel mir-Renju Unit ta’ 77 sena residenti l-Għasri, Għawdex.

Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Hemmhekk, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Simone Grech li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport