Friday, April 19, 2024

Mara ta’ 21 sena l-isptar wara inċident tat-traffiku fix-Xemxija

Aqra wkoll

Mara ta’ 21 sena, residenti mill-Mellieħa, ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30p.m. fi Triq il-Mistra, ix-Xemxija.

Mill-ewwel investigazzjoni tal-Pulizija rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Peugeot, misjuqa mill-mara, u trakk misjuq minn raġel ta’ 48 sena residenti minn Birżebbuġa.

Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura iżda l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Sport