Mara ta’ 35 sena residenti l-Gżira ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li waqgħet mill-irdum.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.00p.m. fiż-żona magħrufa bħala ‘Tal-Karraba’, fil-Ġnejna.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex ikunu jistgħu jassistu lill-mara.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.