Wednesday, April 24, 2024

Mara tintbagħat 30 xahar ħabs u oħra tinżamm arrestata

Aqra wkoll

Solvuti aktar każi ta’ serq minn djar ta’ anzjani

Tressqu l-Qorti Jasmine Azzopardi ta’ 43 sena minn Raħal Ġdid u Natalie Bonello ta’ 45 sena minn Wied il-Għajn mixlija b’erba’ serqiet minn residenzi ta’ anzjani. Il-każijiet seħħew bejn Frar u April li għadda.

Mistoqsija x’se twieġeb għall-akkużi miġjuba kontriha, Azzopardi għażlet li tibqa’ siekta, mentri Bonello wieġbet li hija ħatja. Il-prosekuzzjoni talbiet piena fil-massimu, li tkun tirrifletti l-gravita’ ta’ dak li seħħ billi wkoll ħadet vantaġġ min-nies vulnerabbli. 

Il-Qorti kkundannat lil Natalie Bonello 30 xahar ħabs waqt li ordnat li hija tibda ssegwi u tiffinalizza programm li jgħinha fid-dipendenza li għandha fuq id-droga. Azzopardi baqgħet tinżamm taħt arrest preventiv.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Ransley.

Aqra wkoll:

https://www.inewsmalta.com/2020/04/arrestata-persuna-ohra-brabta-ma-serqa-fuq-anzjana-fl-imsida/?fbclid=IwAR1UK4qOCBoubx8Yc2iTTp1oKYd8viWnoGmZtATUjh5G6ZtnJ11iYclltfQ
https://www.inewsmalta.com/2020/04/arrestata-persuna-ohra-brabta-ma-serqa-fuq-anzjana-fl-imsida/?fbclid=IwAR1UK4qOCBoubx8Yc2iTTp1oKYd8viWnoGmZtATUjh5G6ZtnJ11iYclltfQ

Sport