Wednesday, April 24, 2024

Miċħuda allegazzjonijiet ta’ dgħajsa bl-immigranti li għerqet fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta

Aqra wkoll

Allegazzjonijiet li dgħajsa li kienet qed iġorr għexieren ta’ immigranti għerqet fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ pajjiżna ġew kkonfermati li huma infondati.

Fuq il-profil tiegħu fuq Facebook, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo spjega kif mill-ajru, Frontex lemaħ dinghy mhux fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta. Frontex informa l-awtoritajiet kompetenti fosthom anki pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea dwar dan id-dinghy.

Intqal ukoll li bħal din id-dgħajsa hemm hemm oħrajn li jitħallew għal riħhom bejn sema u ilma fl-ibħra bejn Malta u l-Libja. Bartolo spjega li dan jikkonferma li dan id-dinghy mitluq ma jfissirx li l-immigranti li kienu abbord tilfu ħajjithom kif qed ikun allegat.

L-allegazzjonijiet saru mill-organizzazzjoni umanitarja Alarm Phone u skont l-istess Ministru din mhix l-ewwel darba li din l-organizzazzjoni kienet qiegħda tgħaddi informazzjoni nieqsa mill-korrettezza.

Malta kompliet itenni l-pożizzjoni tagħha li sar impossibbli li fl-ibħra Maltin jiġu salvati immigranti li t-traffikanti tal-bnedmin qed jibagħtu lejn Malta illegalment.

Il-Gvern Malti saħaq li dawn id-deċiżjonijiet li ttieħdu mhumiex relatati ma’ razziżmu iżda bħala prekawzjonijiet fis-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija tal-Covid-19. 

Pajjiżna qed iżomm pożizzjoni ċara li l-ajruporti u l-portijiet ta’ pajjiżna ngħalqu għal kulħadd ħlief biex tinġieb il-merkanzija.

Sport