Wednesday, April 24, 2024

Il-proġett tal-bini tal-iskola Primarja tal-Qawra miexi ġmielu minkejja l-pandemija tal-Covid-19

Aqra wkoll

Ritratti: Roger Azzopardi

Minkejja l-isfida tal-coronavirus ix-xogħol fuq l-iskola primarja ġdida li qed tinbena fil-Qawra miexi kif ippjanat u sal-aħħar tas-sena għandha tkun lesta.

Kien il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici li ta l-aħħar dettalji waqt żjara li kellu fl-imsemmija skola fil-kumpanija tas-Segretarju Permanenti Frank Fabri u ċ-Ċerpersin tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) Michael Sant.

Bonnici jirringrazzja lill-FTS li ħadu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jitkompla x-xogħol f’dan il-proġett

L-iskola bdiet tinbena madwar sentejn u nofs ilu bil-ħsieb li tilqa’ għaż-żieda fit-tfal ta’ Maltin u barranin li qed jgħixu fl-inħawi u li wasslu biex l-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar mhux tlaħħaq ma’ dawn l-ammonti.

Il-Ministru Bonnici spjega kif il-binja se tiġi tiswa madwar €13 miljun u se tilqa’ 500 student kif ukoll se jkollha parkeġġ għal 400 vettura.

Minbarra 39 klassi bl-arja kundizzjonata l-iskola se jkun fiha wkoll faċilitajiet sportivi u sala li d-dħul għalihom huwa minbarra l-iskola biex ikunu jistgħu jintużaw mill-kommunita fil-ħin li tkun magħluqa.

Min-naħa tiegħu, Frank Fabri irrimarka kif matul is-snin il-proġett kien modifikat biex l-iskola tkun tista’ tilqa’ għaż-żieda fil-popolazzjoni.

Huwa fakkar kif kien hemm żewġ mumenti fejn ix-xogħol kellu jieqaf bl-ewwel wieħed wara li miet ħaddiem u t-tieni minħabba l-inċidenti f’siti ta’ kostruzzjoni oħra.

Sport