Saturday, May 4, 2024

Mara tittieħed l-Isptar wara inċident fil-Fgura

Aqra wkoll

Mara ta’ 32 sena kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Fgura. Hi kienet qiegħda ssuq karozza tal-għamla Toyota Vitz.

Kelliem għall-pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li kellhom jassistu l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex il-mara tinħareġ mill-karozza.

Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Aktar kmieni: Is-CPD b’operazzjoni biex tinħareġ persuna maqbuda f’karozza

Bħalissa għaddejja operazzjoni mill-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex tinħareġ persuna li tinsab maqbuda f’karozza fil-Fgura.

Jidher li għall-ħabta tal-3.50pm seħħ inċident fi Triq il-Kottonera l-Fgura hekk kif karozza baqgħet dieħel f’parapett bil-konsegwenza li s-sewwieq inqabad fiha.

Fuq il-post hemm tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jagħtu l-ewwel għajnuna lis-sewwieq.

Il-Pulizija jinsabu fuq il-post u mill-ewwel bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport