Saturday, May 4, 2024

Wirja mill-isbaħ ta’ karozzi ta’ kull tip f’Ħaż-Żabbar

Miġbura fondi għall-Malta Community Chest Fund

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-pubbliku llum kellhom l-okkażjoni li jammira ‘l fuq minn 350 karozzi minn kull tip fi Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, f’Ħaż-Żabbar. F’din it-12-il-edizzjoni ta’ “Żabbar Autofest”, organizzata minn MMG Promotions fi ħdan is-soċjetà filarmonika Maria Mater Grazzja, inġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund.

Bħala karozzi, barra s-snin differenti li ġew immanifatturati fihom, f’din il-wirja mill-isbaħ tista’ tgħid li kien hemm minn kollox inklużi karozzi mill-Ġappun, miċ-Ċina, mill-Ġermanja, karozzi antiki, trakkijiet, muturi u saħansitra go karts.

Il-pubbliku li attenda din l-attività annwali tant mistennija, kellu wkoll divertiment live. Id-dħul għal dan l-avveniment kien bla ħlas.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport