Mara mietet wara li għall-ħabta tad-9:30 a.m waqgħet minn għoli fi Triq Willie Attard, il-Ħamrun.
Minn investigazzjoni li saru rriżulta li mara ta’ 43 sena kienet waqgħet madwar tliet sulari minn fuq il-bejt tar-residenza tagħha stess.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, iżda sfortunatament ġiet iċċertifkata mejta ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.