Saturday, May 4, 2024

Mara tqila tittieħed l-isptar wara li kienet involuta f’inċident fl-inħawi tal-iSkate Park

Aqra wkoll

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li mara tqila ddaħħlet l-isptar wara li għall-ħabta tad-8:45 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fl-inħawi tal-iSkate Park, direzzjoni lejn il-Marsa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-mara kienet involuta f’ħabta fl-imsemmija triq.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lill-mara sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. S’issa l-identità u l-kundizzjoni medika ta’ din il-mara għadhom mhux magħrufa.

Madanakollu jidher li l-ħabta ma kinitx waħda kbira u li l-mara kellha bżonn tittieħed l-isptar minħabba n-natura tagħha bħala miżura ta’ prekawzjoni.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej…

Sport