Thursday, May 9, 2024

‘Barcelona wisq probabbli li ma jiffirmawx lil Robert Lewandowksi’ – Joan Laporta

Aqra wkoll

Il-president ta’ Barcelona Joan Laporta jemmen li l-club mhux probabbli li jiffirma lill-attakkant ta’ Bayern Munich, Robert Lewandowski, fis-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

L-aġent tal-player ta’ 33 sena żvela aktar kmieni din il-ġimgħa li l-klijent tiegħu esprima x-xewqa tiegħu li jingħaqad mal-ġganti Katalani u “jwettaq il-ħolma ta’ ħajtu kollha” meta jmur jilgħab fil-Camp Nou.

Lewandowski dalwaqt se jkun qed jidħol fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu fl-Allianz Arena iżda l-attakkant veteran m’għandu l-ebda intenzjoni li jġedded il-ftehim attwali tiegħu, li jfisser li Bayern jistgħu jitilfu lill-internazzjonali Pollakk bi free transfer fis-sajf tal-2023.

Sport