Saturday, December 14, 2024

Mara tweġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza f’San Ġwann

Aqra wkoll

Mara ta’ 24 sena residenti San Ġwann weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq in-Naxxar San Ġwann.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-09.45am meta il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident tat-traffiku.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Kawasaki misjuq minn mara ta’ 24 sena residenti San Ġwann u Toyota IQ misjuqa minn mara ta’ 60 sena residenti n-Naxxar. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport