Sunday, November 24, 2024

Mara tweġġa’ gravi wara li ħabtet f’ħajt fit-Telgħet ix-Xemxija

Aqra wkoll

Mara ta’ 36 sena sofriet ġrieħi ta’ natura gravi wara li għall-ħabta tal-03.45a.m. tilef il-kontroll tal-karozza u ħabtet f’ħajt.

Il-każ seħħ f’Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, filwaqt li l-mara kienet qiegħda ssuq karozzza Nissan Qashqai.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post kif ukoll fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport