Mara weġġgħet gravi wara li għall-ħabta ta’ nofsinhar kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Fortunato Mizzi fir-Rabat.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 68 sena residenti l-Qala ntlaqtet minn karozza tal-għamla Daihatsu Hijet misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti Santa Venera.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar assistenza medika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.