Mara ta’ 38 sena ġiet iċċertifikata li weġġħet gravi wara li għall-ħabta tas-1.30pm ittajret minn vettura f’Birżebbuġa.
Il-Pulizija fi stqarrija qalu li huma ġew infurmati b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Port Ħieles, Birżebbuġa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 51 sena residenti Birżebbuġa ntlaqtet minn Fiat 500 misjuqa minn raġel ta’ 38 sena residenti Birżebbuġa.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.