Wednesday, July 24, 2024

Deal Des Marceaux ma jfallix fil-finali tat-Tazza San Franġisk

Jikteb Kenneth Vella

Aqra wkoll

Misjuq minn Nolan Azzopardi, il-Franċiż Deal Des Marceaux rebaħ l-edizzjoni 2024 tat-Tazza San Franġisk għal żwiemel tal-klassi Copper fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din għamlet parti mit-tnax-il laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijet kollha tat-trott u li saret it-Tlieta festa pubblika fil-korsa tal-Marsa.

Tnax-il żiemel ħadu sehem fil-finali Copper. Kif mistenni, Deal Des Marceaux (Nolan Azzopardi) beda l-aktar veloċi wara l-karozza tat-tluq. Dan minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Gima Tege (Clint Vassallo) u Oyess LJ (Paul Galea). Iż-żiemel ta’ Azzopardi baqa’ jiġri b’mod konsistenti sat-tmiem biex akkwista t-tielet rebħa konsekuttiva wara li xejjen l-isfida ta’ Gima Tege f’nofs id-dritta finali. Ezior (Charles Camilleri) temm it-tielet minn Oro Doc (Michael Ellul).

Fi tmiem il-finali, Dr Matthew Brincat f’isem Malta Equidrome u Tony Demanuele f’isem il-Malta Racing Club ippreżentaw it-trofew u anki x-shield lil-familja Azzopardi u lil Nolan Azzopardi, is-sidien u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieħ.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Isseo De Nappes (R. Gatt) Ħin – 3.24.5” (1.17.5”) 2. Firstly Light (R. Scicluna) 3. Fort De France (J. Farrugia) 4. Fakir De Mone (D. Cortis)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Henzo De Perthuis (R. Gatt) Ħin – 3.22.1” (1.16.6”) 2. Fast Loulou (N. Baldacchino) 3. Flash Du Condroz (J. Cutajar) 4. Born This Way (J. Gafa’)

III Tiġrija. Heat Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Cygnus Du Guelier (P. Galea) Ħin – 2.40.2” (1.14.9”) 2. Divine De Montceau (D. Debono) 3. Jackpot Visais (F. Mallia) 4. Imperial Du Stade (R. Gatt) 5. Django Lover (K. Agius)

IV Tiġrija. Heat Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Hanouchka (Cherise Farrugia) Ħin – 2.40.8” (1.15.1”) 2. Miracle Of Heaven (R. Gatt) 3. Genie Lulu (S. Cutajar) 4. Jaguar Spirit (K. Saliba) 5. Gabin De See (P. Galea)

V Tiġrija. Heat Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Denver Haufor (R. Gatt) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Emeraude De Bougy (P. Galea) 3. Gypsa Bella (S. Cassar) 4. Jenna Du Val D’Or (J.C. Pace) 5. Iara De Piencourt (Ch. Camilleri)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Cupidon De Bassard (S. Cassar) Ħin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. Forrest Beji (J. Gafa’) 3. I.D. Dig Deeper (M. Grasset – FRA) 4. Heros De Claivince (Ch. Camilleri) 5. Good Buz (K. Galea)

VII Tiġrija. Heat Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Haita Du Vieuxcour (Ch. Camilleri) Ħin – 2.40.8” (1.15.1”) 2. Caline De Mai Capo (R. Gatt) 3. Friend (N. Azzopardi) 4. Fortuna De Coudde (D. Debono) 5. Skogans Lotten (J. Vella)

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Mooney (M. Mifsud) Ħin – 3.21.9” (1.16.5”) 2. Fiasco Du Gaultier (J. Carabott) 3. Folie Des Landes (J. Gafa’) 4. Cash De Beauregard (M. Ellul)

IX Tiġrija. Finali Tazza San Franġisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Deal Des Marceaux (N. Azzopardi) Ħin – 2.40.8” (1.15.1”) 2. Gima Tege (C. Vassallo) 3. Ezior (Ch. Camilleri) 4. Oro Doc (M. Ellul)

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Forever Ice (N. Barbara) Ħin – 3.20.3” (1.15.9”) 2. Ezabiau De Goulet (K. Saliba) 3. Diablo De Forgan (R. Gatt) 4. Daraghiu Jeep (A. Cassar)

Ekonomija

Sport