Friday, July 19, 2024

Mara u raġel arrestati b’rabta ma’ serq f’Malta u Għawdex

Aqra wkoll

Sigħat ta’ investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija wasslu għall-arrest ta’ żewġ persuni – mara ta’ 32 sena residenti s-Siġġiewi u raġel ta’ 29 sena residenti Ħal Qormi – li allegatament kienu involuti f’numru ta’ serqiet li ġew irrapportati erbat ijiem ilu f’Malta u f’Għawdex.

L-allegati serqiet ta’ flus kontanti seħħew minn gabbani fix-Xewkija u Għajnsielem, kif ukoll każ ta’ serq ta’ apparat elettroniku minn ħanut fir-Rabat, Għawdex. Fl-istess lejl kien hemm ukoll attentat ta’ serq minn magna li ssarraf il-flus f’car wash fix-Xewkija u serq ta’ mutur mir-Rabat, Għawdex.

L-istess investigazzjonijiet wasslu biex iż-żewġ persuni huma suspettati li kienu wkoll involuti f’serq ta’ vettura f’Ħal Qormi, liema vettura hija l-istess waħda li ntużat fis-serq f’Għawdex u vettura oħra mill-Mellieħa. Wara li rritornaw lura Malta, allegatament kienu involuti f’serqa minn gabbana fiċ-Ċirkewwa.

B’rabta ma’ dawn il-każijiet, il-Maġistrat Dr Brigitte Sultana ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Intant, illum għall-ħabta ta’ nofsinhar iż-żewġ persuni arrestati mistennija jitressqu b’arrest fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech u ser ikunu akkużati b’numru ta’ serqiet u ħsara volontarja, fost akkużi oħra.

Ekonomija

1 kumment

  1. L ghaqda ta SME harget tikkummenta fuq dak li qal Dr.Agius Saliba.Tafu kemm ghola iz zejt BORGES.Madwar €1.20 flixkun tal .75ml.Mhux fat maghruf li l importatturi jghollu l prezzijiet bi 15% f’Ottubru qabel il Budget.Flixkun ta .75ml sar €10.55.

Comments are closed.

Sport