Wednesday, July 24, 2024

Bellfield tingħata t-titlu ta’ Birrerija tas-Sena fl-iScottish Beer Awards 2023

Aqra wkoll

Il-Birrerija Bellfield ta’ Edinburgh rebħet erba’ premjijiet fis-serata tal-iScottish Beer Awards li ttellgħet ix-xahar li għadda: tliet midalji marbutin mat-togħma u l-premju l-kbir tas-serata “Scottish Brewery of the Year”, sponsorjat minn Aldi.

Il-Vienna Secession Lager ta’ Bellfield rebħet il-midalja tad-deheb “Best Amber or Dark Beer”, il-Craft Lager rebħet midalja tal-fidda bħala “Best Lager”, u l-Wild Shore Saison kisbet il-bronż (minn 27 finalist!) bħala “Best Session Beer”.

Il-ġurija kienet komposta minn 37 espert mill-industrija tal-birra, maħturin b’mod indipendenti, ilkoll bl-esperjenza u b’għarfien tas-suq tal-birra Skoċċiż.

Il-ġurati stqarrew li taw it-titlu ta’ “Scottish Brewery of the Year” lill-Birrerija Bellfield għax “żviluppat il-birrerija b’kawtela u b’mod sistematiku, kabbritha fl-oqsma kollha, u għandha rabta soda mal-komunità u n-nies; attitudni sinonima mal-filosofija vera tal-birra.”

Fl-aħħar tliet snin, taħt it-tmexxija tal-Birrar Ewlieni Keith Robertson, din il-birrrerija ffukat ħafna fuq l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda. Bellfield hi kburija b’għażla ta’ aktar minn għoxrin birra, minn lagers u pilsners rifreskanti sa IPAs, ales u birer skuri. Il-birrerija twaqqfet fl-2015 minn grupp ta’ ħbieb minn Portobello, Edinburgh.

Bellfield qed iżżid ukoll ir-reputazzjoni tagħha għall-birer iffermentati fil-btieti, li huma popolari ħafna mal-klijenti ta’ Taproom u Beer Garden f’Abbeyhill, akkreditati mill-kampanja CAMRA, u li jinsabu għall-bejgħ f’ħafna pubs fl-Iskozja.

Il-ġimgħa ta’ qabel, fl-Indie Beer Scotland Awards ta’ SIBA, il-Vienna Secession Lager ta’ Bellfield rebħet ukoll id-Deheb fil-kompetizzjoni “Session Lager in Keg” u l-Fidda fil-kategorija “Overall Champion of Keg”. U l-Lucky Spence IPA (3.5%) kisbet id-Deheb darbtejn fil-kategorija “Keg Session Pale Ale” u fil-kategorija “Cask Session Pale Ale”.

Lucky Spence rebħet ukoll il-Bronż fil-kompetizzjoni “Overall Champion of the Cask” – kisba sinifikanti meta tqis il-kwalità tal-birer fil-btieti tal-birreriji Skoċċiżi ewlenin.

Alistair Brown, il-Fundatur u l-Kap Eżekuttiv tal-Birrerija qal, “Ferħanin ħafna bl-għarfien li ngħatajna bħala l-Birrerija Skoċċiża tas-Sena 2023, meta tikkunsidra l-kwalità u r-reputazzjoni tal-finalisti l-oħra. Meta bdejna Bellfield, l-għan uniku tagħna kien li nipproduċu birer ta’ kwalità li jkunu aċċessibbli għal kemm jista’ jkun nies – inkluż b’dieta vegana u bla glutina – u li nieħdu gost nipproduċuhom. Bis-saħħa ta’ dawn il-premjijiet li qed niksbu mill-esperti tal-industrija konxji li dan l-għan qed nilħquh.

Bnejna tim mill-aqwa u dawn il-premjijiet huma xhieda tal-ħiliet, l-impenn u l-ħidma bla heda tagħna. Bellfield hi marbuta kollha kemm hi man-nies. Aħna impjegaturi ‘Living Wage’, għandna l-ishma fin-negozju tagħna, u kull fejn nistgħu nappoġġjaw in-negozji lokali u l-gruppi tal-komunità. It-tkabbir kontinwu fl-oqsma kollha tan-negozju ġie rikonoxxut mill-membri tal-ġurija, u dan it-tkabbir ġej kollu kemm hu bl-isforzi tal-membri tat-tim tagħna f’Bellfield”.

Għażla ta’ birer ta’ Bellfield hi impurtata, irreklamata u mqassma b’sodisfazzjon f’Malta minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, membru tal-Grupp Farsons. Il-birer ta’ Bellfield tista’ tixtrihom online minn https://bit.ly/3tdDL0S.

Ekonomija

Sport