Friday, December 27, 2024

Mara u raġel iweġġgħu gravi f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann

Aqra wkoll

Mara u raġel iddaħħlu l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-7:30 p.m., kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Vjal ir-Riħan, San Ġwann.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura BMW i3s misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti n-Naxxar u vettura VW Polo misjuqa minn mara ta’ 29 sena residenti l-Iklin. Mal-impatt bejn iż-żewġ karozzi, waħda minnhom marret fuq il-karreġġjata l-oħra u seħħ impatt ma’ mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 51 sena residenti s-Swieqi.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lix-xufier tal-mutur u lis-sewwieqa tal-VW Polo sakemm setgħu jittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huma ġew iċċertifikatati bi ġrieħi gravi.

Raġel ta’ 40 sena residenti San Ġwann li kien passiġġier fil-VW Polo u x-xufier tal-BMW ma sofrewx ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport